Saturday, May 18, 2024

“Jason Azzopardi għandu 24 siegħa biex jissostanzja l-allegazzjonijiet”

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija wara l-laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv tal-partit

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista ntqal li waqt laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv tal-partit, imsejħa b’urġenza illum, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ressaq mozzjoni li ġiet appoġġjata b’mod unanimu miill-membri tal-Kunsill Amministrattiv illi fi żmien 24 siegħa Jason Azzopardi għandu jressaq u jissostanzja l-allegazzjonijiet li għamel fuq il-mezzi soċjali quddiem il-Kumissjoni Etika, Dixxiplina u Media Soċjali.

Il-Kunsill Amministrattiv għamilha ċara li huwa għal ċirkostanzi bħal dawn li l-Partit għandu l-kummissjoni Etika, Dixxiplina u Media Soċjali, liema Kummissjoni għandha l-awtoritá taġixxi, tistħarreġ u tiddeċiedi fuq il-każijiet illi jinġiebu quddiemha.

L-eks Deputat Nazzjonalista lbieraħ qal li “Komdu tivvinta l-expiry date. Mhux forsi jien kont l-ostaklu għal min ta l-flus bħala donazzjoni biex tingħata l-proklama lil qarib tiegħu hux? 2021”.

Sport