Saturday, December 21, 2024

Jason Azzopardi jerġa’ ma jitfaċċax fil-Qorti dwar libell li fetaħlu Bonnici

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista reġa’ ma tfaċċax għas-seduta li kienet skedata llum wara libell li kien fetaħlu l-Ministru Owen Bonnici. 

F’post fuq Facebook il-Ministru qal li hu deher għal kull seduta għax irid inaddaf ismu mill-aġġettiv “kriminal” li bih Azzopardi kien irrefera għal Bonnici fuq post fuq Facebook tiegħu.

Bonnici spjega li fl-aħħar seduta l-Qorti kienet ordnatlu jidher għall-kawża. Minkejja dan hu ma tfattxax u l-Qorti sabitu ħati ta’ disprezz talli mexiex mal-ordni tagħha.

Ekonomija

Sport