Sunday, May 5, 2024

Jason Azzopardi jibqa’ l-art anki fl-elezzjonijiet każwali

Aqra wkoll

Votanti nazzjonaliasti, fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet urew li xejn ma kienu kuntenti bl-atteġġjament u l-politika li mexxew uħud mill-famużi Blue Heroes. Dan deher ċar meta diversi deputati anzjani f’dan il-famuż grupp nazzjonalista ġew riġettati u tilfu posthom fil-Parlament. Fosthom Jason Azzopardi, Karl Gouder u Edwin Vassallo.

Fil-każ ta’ Jason Azzopardi, dan kellu tliet ċansijiet li jkun elett fl-elezzjonijiet każwali li saru dalgħodu madakollu huwa baqa l-art u ma ġie elett minn ebda wieħed mid-distretti li kkontesta fihom.

F’kumment li kiteb fuq il-profil tiegħu fuq Facebook appena sar jaf li ma ġiex elett, Azzopardi kkonferma li ġiet fi tmiemha l-ħajja parlamentari tiegħu wara 24 sena. 

Huwa sostna li kien fiduċjuż li fix-xhur li ġejjin meta jibdew joħorġu r-riżultati tal-inkjesti maġisterjali dwar min hu jew kien fil-ħajja pubblika f’iktar minn partit wieħed tibda toħroġ il-verita u n-nies jifhmu għala huwa kien skomdu ħafna għal uħud u għala kien hemm attakk kontinwu kontrih mill-kamp Laburista u “bnadi oħra”.

Huwa qal li jinsab kburi li ħares l-integrità tiegħu, akkost li tefa’ ħajtu f’sogru u minkejja li tħalla iżolat apposta. “U iżolat apposta minn ta’ ġewwa stess,” qal Azzopardi.

Sport