Saturday, December 21, 2024

Jason Azzopardi jiddeskrivi partitarji Nazzjonalista bħala “msieken”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-avukat u membru parlamentari Nazzjonalista iddeskriva bħala “imsieken” lil dawk il-partitarji Nazzjonalisti li ippruvaw jattakkawh quddiem id-Dar Ċentrali waqt il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN.

Huwa irrikorra għall-Facebook biex jgħid li jikkumpatihom għax fl-aħħar xhur ġew mitmugħa kliem ta’ firda u mibgħeda minn min imexxi l-PN.

Dr Azzopardi semma wkoll kif huwa u d-deputati oħra tal-PN, li huma kontra Delia, ġew imbarrati milli jidhru fuq il-media tal-PN.

Huwa ta x’jifhem li se jittieħdu passi bil-Qorti hekk kif qalilhom li min sfidah, heddu, għajjru u ħebb għalih se jiltaqa’ miegħu hemm.

“Jien ma bżajtx u ma nibżax fil-qadi ta’ dmiri minn qattiela, ‘contract killers’, traffikanti ta’ droga, kuntrabandisti u korrotti multimiljunarji. Miniex se nibża’ minkom”, temm jgħid l-Avukat Azzopardi.

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-PN iddeċieda li fil-31 ta’ Lulju jlaqqa’ il-Kunsill Ġenerali u l-għada l-kunsillieri jivvutaw jekk iridux lil Delia jkun konfermat jew jintagħżel kap ġdid.

https://www.facebook.com/ja.jasonazzopardi/posts/3536949826318122
Ekonomija

Sport