L-eks Deputat Nazzjonalista u Avukat tal-Għaqda Repubblika Jason Azzopardi rtitra kull allegazzjoni li għamel fil-konfront tas-Segretarju tal-Kabinett Ryan Spagnol b’rabta ma’ dak li skont hu kien skandlu dwar l-għoti ta’ permessi ta’ residenza mill-aġenzija Identità.
Waqt li rtira l-allegazzjonijiet li kien għamel, Dr Azzopardi qal li dawn ma sarux bil-ħsieb li jtellef il-ġieħ u l-unur ta’ Spagnol iżda saru “b’mod ġenwin” u bħala riżultat min-naħa tiegħu fl-isem ta’ persuna oħra b’isem jixxiebaħ.
Dr Azzopardi qal li fil-fatt fil-kors tal-Inkjesta Maġisterjali, huwa diġà ddikjara illi Ryan Spagnol ma kienx wieħed mill-persuni illi fih kellususpett illi wettaq atti illegali.
Tenna billi skuża ruħu ma’ Spagnol għal kwalsijasi ħsara li seta’ kkawżalu u awguralu fil-karriera u l-ħidma tiegħu.
Dan l avukat se jibqa sejjer bdawn il qlajjiet u paroli fil vojt iehor.Li kien zmien is sittinijiet meta l partit Laburista kellu avukati li toddom fuq subajk.Il lum mimli avukati u membri parlamentari u nhallu nies bhal dan jadduwa dejjem lixxa.Jew issa laqwa li sirna membri parlamentari.Qumu minn hemm sinjuri u difendu il partit taghna u l haddiem.Mur gibkom kontu tghixu fis sittinijiet xkontu taghmlu.Kunu kburin li intkhom membri parlamentari fisem il PARTIT LABURISTA.grazzi