Bdew jintefgħu wkoll n-nominazzjonijiet għall-elezzjonijiet każwali f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Il-kandidat Stanley Zammit tefa’ n-nomina tiegħu fuq il-ħames distrett li fih hemm post battal mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
Il-kandidat Nazzjonalista Charles Azzopardi tefa’ n-nomina tiegħu fuq is-seba’ distrett li fih hemm żewġ postijiet battala minn Ryan Callus u Adrian Delia.
Il-kandidat Nazzjonalista Jason Azzopardi tefa’ n-nomina tiegħu fuq id-disa’ distrett li fih hemm żewġ postijiet battala minn Robert Arrigo u minn Joseph Giglio.