Wednesday, December 25, 2024

Jason Carroll u t-tim tiegħu l-ewwel li jaqsmu l-Line Honours tal-Middle Sea Race

Aqra wkoll

MOD70 Argo (USA) ta’ Jason Carroll qasmet il-linja finali tar-Rolex Middle Sea Race 2021 fit-20:39:28 CEST ilbieraħ l-24 ta’ Ottubru biex jieħu l-Multihull Line Honours f’ħin ta’ 33 siegħa 29 minuta 28 sekonda.

Argo b’din il-prestazzjoni kisbet kemm ir-rekord eżistenti tal-multihull li s-sena li għaddiet kien inkiseb mill-Maserati Multi70 ta’ Giovanni Soldini f’ħin ta’ 56 seigħa 31 minuta u 31 sekonda, kif ukoll ir-rekord tat-tellieqa ta’ 47 siegħa 55 minuta u 3 sekondi, stabbilit mill-jott Rambler ta’ 27.5m/90 pied ta’ George David fl-2007.

Ekwipaġġ Argo: Jason Carroll, Weston Barlow, Chad Corning, Peter Cumming, Thierry Fouchier, Charlie Ogletree, Alister Richardson, Brian Thompson.

Ekonomija

Sport