Sunday, November 24, 2024

“Jason Micallef bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit”- L-MEP Daniel Attard

Aqra wkoll

“Fl-aħħar jiem kienu ħafna dawk li qaluli li jridu jaraw lil Jason Micallef bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit. Jien nirrelata magħhom totalment”

Dan qalu l-MEP Laburista Daniel Attard f’messaġġ fuq Facebook, fejn spjega li Jason huwa Laburist tal-għeruq u li huwa persuna li tela’ tarġa tarġa fl-istrutturi tal-Partit, bil-ħidma mhux bil-pretenzjonijiet.

Attard irrimarka li Micallef kien wieħed mill-ewwel kunsilliera Laburisti li għamel suċċess fil-lokalità tal-Mosta. Qal ukoll li wara d-delegati fdawh, għal darba darbtejn bħala Segretarju Ġenerali u li mexxa b’suċċess diversi strutturi interni tal-Partit u kampanji elettorali, u aktar tard wettaq trasformazzjoni sħiħa fl-istazzjonijiet tagħna.

Fl-istess messaġġ, ingħad li Jason huwa persuna ddedikat u li fil-Belt Valletta mexxa riġenerazzjoni ekonomika u soċjali bla preċedent li llum apprezzata minn kull min hu ta’ rieda tajba.

Tenna li għalhekk iqis l-kredenzjali tiegħu huma idoneji, jekk mhux l-aqwa għal dak li jeħtieġ il-Partit Laburista fir-rwol ta’ Deputat Mexxej.

Sport