Sunday, November 24, 2024

Jason Micallef se jikkontesta l-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-PL

Aqra wkoll

Jason Micallef li snin ilu serva bħala segretarju ġenerali tal-Partit Laburista, ħabbar li kien se jkun qiegħed jikkontesta l-elezzjoni tal-kariga għad-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit

F’messaġġ li kiteb Micallef qal li “wara jiem twal ta’ laqgħatdiskussjoni, u ħafna ħsieb, iddeċidejt li nilqa’ għas-sejħa li għamluli għadd kbir ta’ delegati tal-Partit Laburista sabiex fit-13 ta’ Settembru li ġej, nikkontesta għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit.”

Jgħid li ma kinitx diċiżjoni faċli. Sostna li dwar din il-ħaġa tkellem fit-tul ma’ bosta nies fil-Partit fosthom anke mal-mexxej Robert Abela u uffiċjali oħrajn tal-Partit Laburista.

“Minn dawn il-laqgħat kollha, ħareġ, u fhimt, li fis-sitwazzjoni preżenti, u bl-esperjenza li ġbart matul bosta snin fit-tmexxija ta’ ħafna mill-istrutturi tal-Partit, imma wkoll ta’ esperjenzi oħra li ksibt permezz ta’ tmexxija ta’ proġetti fuq bażi nazzjonali, nista’ nkun ta’ għajnuna fit-tiġdid li għandu bżonn bħalissa l-Partit Laburista,” jistqarr Micallef.

Itemm jgħid li “imiss issa li nibda niltaqa’ u nisma x’għandhom xi jgħidu d-delegati tal-PL, li fil-maġġoranza kbira tagħhom, nafhom b’isimhom għax ħdimna bosta drabi flimkien. Magħhom bkejt, fraħt, u qsamt esperjenzi sbieħ fil-Partit Laburista. It-tiġdid li għandu bżonn bħalissa l-Partit Laburista, irridu nagħmluh id f’id flimkien, mill-għeruq. Għax fkimkien konna hemm minn dejjem, fit-tajjeb u fil-ħażin. Fil-bnazzi , u fil-maltemp. B’imħabba ġenwina lejn dan il-Partit glorjuż tagħna.

Sport