Sunday, November 24, 2024

Javier Tebas jattakka lil Real Madrid

Aqra wkoll

Real Madrid ġew imsej­ħa f’kull direzzjoni fl-aħħar jiem bħala riżultat tad-deċiżjoni tagħhom li ma jattendux għaċ-ċerimonja tal-Ballun tad-Deheb, tat-Tnejn li għadda, meta saru jafu li Vinicius Junior ma kienx rebaħ il- premju 2024.

Aktar kmieni fil-ġimgħa, il-president ta’ La Liga, Javier Tebas, semma’ lill- ”vittmi” ta’ Real Madrid fuq il-kwistjoni, u reġa’  fetaħ attakk qawwi fuqhom meta qal lill-media Spanjola li l-imġieba ta’ Los Blancos kienet “attitudni tat-tfal”.

“Il-pożizzjoni hija in­komprensibbli. Kienet attitudni tat-tfal, jew sejħilha kif trid. 

“Li jiddubitaw lil France Football u l-premju li ilu għaddej għal ħafna snin u li tgħid li l-UEFA influwenzat biex ma tagħtihx lill-player tagħhom, Vinicius Jr, huwa nuqqas ta’ rispett.

“Hija attitudni supremaċista hekk kif jemmnu li kollox għandu jdur madwarhom.”

Tebas ta’ sikwit tkellem fuq Real Madrid, u ma kienet l-ebda differenza fuq dan is-suġġett.

HUMMELS IQABBEL LIL REAL MADRID  MA’ DONALD TRUMP

Id-deċiżjoni ta’ Real Mad­rid li jibbojkottjaw iċ-ċerimonja tal-Ballun tad- Deheb tat-Tnejn ġiet ikkritikata minn ħafna nies madwar il-football. 

Jingħad li Florentino Perez kien il-moħħ wara dan il-bojkott, wara li sar jaf li Vinicius Jr ma kienx se jirbaħ dan il-premju u minflok kien se jingħata lill-Ispanjol ta’ Manchester City, Rodri Hernandez.

L-aħħar personali li kkritika d-deċiżjoni tal-Madrilenti kien id-difensur, Mats Hummels, li bħalissa qed jilgħab ma’ Roma.  

Huwa sejjaħ id-deċiżjoni bħala waħda “Trumpjana”u qabbilha ma’ waħda li ssir mill-kandidat presidenzjali Amerikan, Donald Trump.

“M’hemmx dubju li xi ħadd minn Real Madrid kien ħaqqu, iżda hemm players meraviljużi oħra madwar l-Ewropa li huma tajbin ħafna u jimmeritahom dan is-suċċess.

“Għalihom hija xi ħaġa ħażina jekk ma jirbħux unur. Iżda kien hemm timi­jiet li kienu fi żvantaġġ akbar fil-football internazzjo­nali – ippermettuli ngħidha b’dan il-mod.

“Hija valutazzjoni ġusta li wieħed jgħid li Rodri kien rebbieħ mistħoqq tal-Ballun tad-Deheb 2024, għal­kemm Real Madrid jarawh b’mod ċar bħala insult.”

“DAN JGĦID  KOLLOX DWARHOM” – TGĦID IL-UEFA

Mingħajr l-ebda dubju, il-bojkott ta’ Real Madrid seraq għal kollox l-aħbari­jiet tal-football madwar id-dinja. 

Kien il-president Perez li sabbat saqajh fl-aħħar sigħat, tant, li ma ħalla lill-ebda player mill-club jattendi, saħansitra, anke lil dawk li rebħu unur f’din is-serata, fosthom Kylian Mbappe li flimkien ma’ Harry Kane (Bayern Munich) rebaħ il-Gerd Muller Trophy bħala l-aqwa skorers … kif ukoll Carlo Ancelotti li rebaħ l-unur tal-aqwa coach. 

Skond il-media Spanjola, Real Madrid insinwaw li Vinicius ġie njorat għal raġunijiet mhux sportivi, filwaqt li sostnew ukoll li l-UEFA kienet involuta wkoll – minkejja li kien il-premju ta’ France Football. 

Madankollu, il-korp go­vernattiv tal-football Ewropew ċaħad dan bil-qawwa, kif qal wieħed mill-eżekuttivi anzjani tagħhom.

“Jekk jgħidu xi ħaġa bħal dik, dak jgħid kollox dwarhom. U allura ma jistħoqq l-ebda kumment ieħor mingħandna.”

Ir-relazzjoni bejn Real Mad­rid u l-UEFA kienet mxellfa f’dawn l-aħħar snin minħabba l-katastrofi tal- ħolqien tas-Super League Ewropew, u għalaqstant hu­wa ċar li ma teżisti l-ebda possibbiltá li b’xi mod dawn iż-żewġ entitajiet jersqu lejn xulxin. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport