Thursday, December 26, 2024

Jean Michel Aulas maħtur viċi-president tal-FA Franċiża

Aqra wkoll

Jean-Michel Aulas ġie elett bħala l-viċi-president tal-Federazzjoni tal-Futbol Franċiża wara li kiseb it-78.58 fil-mija tal-voti. Il-mandat tiegħu se jintemm sena oħra eżatt meta eventwalment isiru l-elezzjonijiet u jkun jista’ jixħet in-nomina tiegħu bħala kandidat.

Aulas kien il-president ta’ Olympique Lyon filwaqt li kien jieħu ħsieb ukoll il-federazzjoni Franċiża tal-futbol amatorjali.

Fl-ewwel kummenti tiegħu, Aulas qal li jinsab kuntent li ngħata l-fiduċja tiegħu mid-delegati Franċiżi u sostna li għandu 37 sena esperjenza fil-futbol professjonali u se jużaha sabiex ikun jista’ jagħmel il-ġid fil-qasam tal-futbol f’pajjiżu.

Ekonomija

Sport