Friday, November 15, 2024

Jeħel 16-il sena ħabs fuq tweets li kiteb kontra l-gvern tal-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

Ċittadin Amerikan li ilu xhur jinżamm arrestat ġewwa l-Arabja Sawdija issa ngħata sentenza ta’ 16-il sena ħabs. Hu kien ġie arrestat minħabba tweets li fihom ikkritika lill-gvern tal-pajjiż. 

Saad Ibrahim Almadi, li għandu 72 sena u għandu wkoll ċittadinanza Sawdija, kien ġie arrestat f’Novembru li għadda meta vvjaġġa minn Florida lejn Riyadh biex iżur lill-familja tiegħu. 

Kien ibnu li żvela din l-aħbar wara li għall-ewwel darba tkellem pubblikament dwar is-sitwazzjoni ta’ missieru, u dan minkejja l-pariri li ngħata mill-Istati Uniti biex ma jitkellimx. Iben Ibrahim Almadi qal li huwa ma jridx jara lil missiru jmut fil-ħabs filwaqt li żied jgħid li l-kundizzjonijiet li qiegħed jinżamm fihom missieru huma ħżiena ħafna tant li jistgħu jitqiesu tortura. L-iben temm jgħid li l-uniku evidenza li ġiet ippreżentata fil-qorti kontra missieru kienu l-14-il tweet li kiteb. 

F’dawn l-imsemmija twe­ets Saad kien kkritika lit-tmexxija tal-Arabja Saw­dija għat-tkissier ta’ partijiet antiki fil-bliet ta’ Mecca u Jaddah, wera tħassib dwar faqar fir-renju kif ukoll kien għamel referenza għall-qtil tal-ġurnalista Jamal Khashoggi.

Ekonomija

Sport