Raġel ta’ 23 sena miż-Żurrieq kien ikkundannat multa ta’ €1,000 wara li ammetta li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu li bihom ingħata l-ħelsien mill-arrest.
Wayne Cassar, kien mixli li kiser dawn il-kundizzjoniiet fil-11 ta’ Ġunju, fit-18 ta’ Ġunju u fit-2 ta’ Lulju li għadda.
Huwa wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, liema ammissjoni kkonfermaha għal darb’oħra quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi.
Meta ġiet biex tingħata s-sentenza, il-Qorti ħadet inkonsiderazzjoni l-ammissjoni bikrija tal-akkużat. Il-Qorti ordnat lill-imputat multa ta’ €1,000 kif ukoll li l-parti konsistenti fi €3,000 mill-garanziji personali, jgħaddu favur il-Gvern ta’ Malta.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Clayton Camilleri u l-Ispettur Andrew Agius Bonello.