Thursday, December 26, 2024

Jeħel il-ħabs wara li dejjaq lil xi persuni u ġab ruħu ħażin

Aqra wkoll

Joe Maxwell, Liberjan ta’ 52 sena ġie kkundannat 6 xhur ħabs kif ukoll immultat €5,000 hekk kif instab ħati li s-sena l-oħra kien hemm diversi okażżjonijiet li dejjaq lil xi persuni u anke ġab ruħu ħażin. Jirriżulta li f’dawn l-okkażżjonijiet Maxwell kien qiegħed ikun xurban.

Quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace l-Prosekuzzjoni mexxejja mill-Ispettur Eman Hayman spjegat li l-każijiet seħħew fiż-żona tal-lukanda Park Heights. L-Ispettur qal ukoll li l-biċċa l-kbira seħħew f’Novembru tas-sena l-oħra.

Fost ix-xhieda f’dan il-każ kien hemm is-sid tal-lukanda li qal li Maxwell f’diversi okkażżjonijiet kien qiegħed ikun fil-ġnien ta’ quddiem il-lulanda fis-sakra u kien qiegħed idejjaq lin-nies. Xehed li fit-28 ta’ Settembru tas-sena l-oħra saħansitra qasam siġra, u ntefa’ fl-art u żamm it-traffiku.

Xehed li l-ħaddiema tiegħu kienu qegħdin jiddejqu b’dak li kien qiegħed jiġri u saħansitra l-ħaddiema tar-reception kienu mbeżżgħa minħabba fih.

Il-Prosekuzzjoni qalet li Maxwell kien ingħata l-kura fl-Isptar Isptar Monte Karmeli. Fil-fatt wieħed mit-tobba li tawh il-kura xehed li fl-opinjoni tiegħu l-akkużat kien raġel sew, ta’ fidi, edukat u bieżel. Xehed li kien jaħdem biex jibgħat il-flus l-Afrika lill-familja tiegħu.

Iżda t-tabib xehed ukoll li meta jisker Maxwell jiġi raġel ieħor fejn iddiskervih bħala “Dr Jekyll and Mr Hyde”. Dan minħabba li jsir vjolenti u aggressiv u anke jibda jdejjaq lin-nies.

Fis-sentenza tagħha l-Qorti minħabba l-ħabs u multa ordnat lil Maxwell biex jitpoġġa taħt ordni ta’ trattament biex jindirizza l-vizzju tax-xorb.

Ekonomija

Sport