Sunday, January 5, 2025

Jeħel multa ta’ €14,357.70 wara li nqabad b’€36,014 fi flus mhux iddikjarati fl-MIA

Aqra wkoll

Total ta’ €36,014 fi flus kontanti mhux iddikjarati ġew interċettati mill-uffiċjali tad-Dwana stazzjonati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Dan wara li passiġġier Russu li kien fi triqtu lejn Istanbul biex imur Moska, inqabad fl-ajruport iġorr fuqu ammont sostanzjali ta’ flus kontanti li ma kinux iddikjarati mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li l-passiġġier għadda f’idejn il-pulizija biex jiġi investigat dwar l-ammont kbir ta’ flus mhux iddikjarati li kien qed iġorr fuqu. Huwa deher il-Qorti iktar kmieni llum fejn ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u weħel multa ta’ €14,357.70.

Il-passiġġier ingħata lura €10,000 mill-ammont globali filwaqt li l-kumplament tal-flus qed jinżammu f’post sigur sabiex isiru iktar investigazzjonijiet.

Ekonomija

Sport