Sunday, December 15, 2024

Jeħel sena ħabs sospiża wara li ammetta li f’Tas-Sliema kisser 10 mirjiet ta’ karozzi

Aqra wkoll

Alejandro Gusman, Arġentin ta’ 23 sena ġie kkundannat sena ħabs sospiżi għal 30 xahar wara li ammetta li f’Tas-Sliema kisser għaxar mirjiet ta’ karozzi.

L-Arġentin kien akkużat li wettaq dan ir-reat fl-24 ta’ Ottubru ta’ din is-sena bejn 4.30am u l-5.30am.

Kien l-għada, fil-25 ta’ Ottubru li tressaq il-Qorti fejn ammetta mill-ewwel li kkaġuna l-ġsara fil-karozza u anke li kien fis-sakra. Hu kien akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika.

Il-Prosekuzzjoni u anke d-difiża kienu qablu li qabel ma jingħata s-sentenza għandu jsir rapport mis-social workers u imbgħad il-Qorti tkun tista’ tieħu d-deċiżjoni tagħha.

Fil-sentenza tagħha l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet li fost l-oħrajn li hu wera dispjaċir u talab maħfra għal għemilu.

Il-Qorti kkundannat lil Gusman sena ħabs sospiżi għal 30 xahar.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Ian Azzopardi waqt li għal Gusman dehret l-Avukat Yanica Barbara Sant.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport