Friday, November 15, 2024

Jeħilsuha ħafif wara ħabta bejn tal-linja u vann tal-irmonk f’Raħal Ġdid

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Xi passiġġieri li kienu fuq karozza tal-linja kellhom jittieħdu fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid ghall-kura wara li l-karozza tal-linja li kienu fiha kienet involuta f’ħabta ma’ vann tal-irmonk.

Il-każ seħħ iktar kmieni dagħlodu fi Triq Luqa f’Raħal Ġdid bil-karozza tal-linja tispiċċa b’ammont ta’ ħġieġ imkisser kawża tal-impatt. B’hekk issejħu uffiċjali minn Clean Malta li ħadu ħsieb ineħħu t-tifrik biex jiġi evitat kull periklu.

Fuq il-post kien hemm ukoll uffiċjali ta’ Transport Malta li ħadu ħsieb jidderiġu t-traffiku hekk kif it-triq kellha tingħalaq miż-żewġ naħat sakemm il-Pulizija setgħet tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha.

Dan is-sit jinsab infurmat li t-triq reġgħet infetħet lura għat-traffiku.

Ekonomija

Sport