Raġel jista’ jgħoddha b’waħda wara li għall-ħabta tas-1.30 p.m. inqaleb bil-karozza fi Triq il-Kapuċċini fil-Furjana.
Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit irriżulta li kien seħħ impatt bejn żewġ vetturi, karozza tal-għamla Dicia Duster u vettura Toyota Ractis. Tal-ewwel, wara li seħħ l-impatt, għal xi raġuni nqalbet fuq ġenb wieħed.
Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jassisti lis-sewwieqa, iżda huma ma kellhom bżonn l-ebda għajnuna medika.
It-triq bħalissa tinsab magħluqa għat-traffiku.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.