Raġel jista’ jgħoddha b’waħdab wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-1:30 p.m kien involut f’inċident fi Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel Taljan ta’ 40 sena residenti r-Rabat tilef il-kontroll tal-karozza li kien qiegħed isuq u spiċċa fuq il-barriers li hemm jisseparaw iż-żewġ naħat tal-bypass.
Fil-post hemm uffiċjali tal-pulizija li qed jidderiġu t-traffiku sakemm tkun tista’ titneħħa l-karozza u jiġi eliminat kull periklu.