Sunday, December 22, 2024

“Jeħtieġ li b’mod għaqli u immedjat inġibu l-finananzi tal-PN lura fuq sisien sodi”

Aqra wkoll

Bernard Grech, li qiegħed jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni għall-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, f’messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali qal li l-kwistjoni tal-finanzi tal-partit hija l-ikbar sfida li għandu l-Partit Nazzjonalista bħalissa.

Huwa kompla jgħid li jinsab fiduċjuż li din l-isfida tista’ tingħeleb diment li kulħadd jiġbed ħabel wieħed u sostna li “Jeħtieġ li b’mod għaqli u immedjat inġibu l-finananzi tal-Partit Nazzjonalista lura fuq sisien sodi”.

Illum, it-Tnejn 23 ta’ Mejju, se jingħata bidu għall-votazzjoni bikrija sabiex fil-ġranet li ġejjin jiġi elett Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. Il-ħinijiet tal-votazzjonijiet tal-lum huma bejn il-5:00pm u d-9:00pm fid-Dar Ċentrali u bejn il-5pm u t-8pm fis-sub headquarters f’Ta Sannat f’Għawdex.

Il-votazzjoni tkompli nhar il-Ġimgħa 27 u s-Sibt 28 ta’ Mejju kemm fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll fis-Sub Headquarters f’Ta Sannat. Il-ħinijiet se jkunu l-Ġimgħa f’Malta bejn il-5:00pm u d-9:00pm u bejn il-5:00pm u t-8:00pm f’Għawdex, u s-Sibt bejn it-8am u l-5pm f’Malta u f’Għawdex bejn it-8:00am u t-3:00pm.

Ekonomija

Sport