Tuesday, May 14, 2024

“Jeħtieġ li jsir dak kollu possibbli biex min hu responsabbli jiġi identifikat”

L-MUT b'reazzjoni għall-kontaminazzjoni fi flixkun ta' għalliema

Aqra wkoll

B’reazzjoni għall-każ li qiegħed ikun rappurt rigward il-kontaminazzjoni fi flixkun ta’ għalliema, l-Union tal-Għalliema (MUT) kkundannat dan l-aġir u esprimiet kull sapport lill-għalliema konċernata. L-MUT ikkonfermat li diġà kkomunikat mal-għalliema konċernata, mal-kulleġġ kif ukoll mal-Ministeru għall-Edukazzjoni.

Il-pożizzjoni tal-MUT hija ċara rigward il-fatt li jeħtieġ li jittieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex ikun żgurat li jiġi identifikat il-persuna wara dan il-każ.

Hija kkonfermat li għandha informazzjoni li diġà bdew il-proċeduri min-naħa tal-Kulleġġ kif ukoll min-naħa tal-Ministeru. Ikkonfermat ukoll li l-għalliema involuta tinsab tajba u li apprezzat ukoll il-mod ta’ kif qegħdin isiru l-affarijiet biex jissolva l-każ.

Sport