Saturday, December 14, 2024

“Jeħtieġ li ssir ġustizzja. Jeħtieġ li nkunu nafu l-verità”

- Il-kap tal-Oppoizzjoni Bernard Grech

Aqra wkoll

Waqt li kien qed jindirizza l-Parlament illejla hekk kif qed issir id-diskussjoni dwar il-mozzjoni Sofia, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li jeħtieġ issir ġustizzja… Jeħtieġ li nkunu nafu l-l-verità. Fil-bidu tad-diskors tiegħu hu sellem lil omm jean Paul fejn qal li ta’ kuljum qed tgħallimna xi tfisser reżiljenza.

Hu akkuża lill-Prim Ministru li għandu qalbu kiesħa u tal-irħam u li dam 40 minuta jdur mal-lewża bil-legaliżmi biex jikkonvinċina għalfejn ma jridx jagħmel inkjesta pubblika. Dr Grech appella lin-naħa l-oħra tal-Kamra sabiex ineħħu dak li sejjaħlu bħala “għamad partiġġjan” u jivvotaw “għal darba favur ġustizzja sħiħa.”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni talab skuża lil Isabelle fejn qal li “li m’għamilniex biżżejjed biex ibnek illum ikun hawn magħna. Ol-mewt ta’ Jean Paul huwa wieħe dminn dawk il-mumenti li jitob eżami kollettiva tal-kuxjenza.”

Hu rringrazzja lil Isabelle tal-eżempju. “Tal-ispirazzjon itiegħek u d-determinazzjoni tiegħek. Il-ġlieda tiegħek mhix biss għall-vittmi fuq is-siti tal-kostuzzjoni imma hi wkoll ġlieda għal dawk li jsofru għall-ġirien minn abbużi fil-qasam tal-kostruzzjoni,” sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni.

“Isabelle aħna nwegħduk li nibqgħu niġġieldu miegħek għax jekk ma nagħmlux hekk inkunu qed nonqsu lilek, lil ibnek u lil ulied dan in-nazzjon. Dan huwa l-mument ta’ għaqda nazzjonali favur il-verità, favur l-inkjesta pubblika, favur il-ġid tal-poplu li tant inħobbu, favur il-poplu kollu,” temm jgħid Bernard Grech.

Ekonomija

Sport