Friday, November 22, 2024

“Jeħtieġ nieħdu l-booster biex nipproteġu lil ta’ madwarna” – Il-Professur Stephen Montford

Aqra wkoll

Il-Professur Stephen Montfort spjega l-bżonn li l-poplu jkompli jitlaqqam waqt diskussjoni dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija f’pajjiżna.

“L-għan tal-vaċċin mhuwiex biex ma jaqbdekx il-virus, iżda biex jekk jaqbek ma jitfakx daqshekk lura”, spjega Montfort.

Huwa qabbel il-vaċċin tal-Covid-19, ma’ dak tal-influwenza fejn l-vaċċin tagħha taħdem għal xahrejn tlieta minħabba li hija influwenza staġjonali. 

Minħabba li l-covid-19 mhuwiex xi ħaġa staġjonali, biex insaħħu l-immunità jeħtieġ li dawk li diġà tlaqqmu jieħdu l-booster biex iżidu l-immunità.

Montfort appella lill-pubbliku biex jieħu l-vaċċin biex it-tixrid jonqos u dan ifisser li “inti ma tkunx qiegħed tagħmilha għalik biss, imma qed tagħmilha għal ommok, għal missierek, għat-tfal tiegħek, għal ħutek”.

Sport