Sunday, September 15, 2024

Jekk Barca jfallu f’Haaland iridu lil Lewandowski

Aqra wkoll

Barcelona huma determinati li jsaħħu l-iskwadra tagħhom dan is-sajf billi jsibu għażliet irħas fil-pożiz­zjonijiet ta’ goalkeeper, fid-difiża u f’nofs il-ground qabel ma jagħmlu minn kollox biex jirreklutaw attakkant ta’ l-ogħla livell.

Mhux sigriet li Erling Haaland huwa x-xewqa kbira ta’ Barcelona, iżda l-kompetizzjoni għall-firma tan-Norveġiż hija ħarxa. L-attakkant huwa mfittex ukoll minn Manchester City u Real Madrid.

Jekk ma jirnexxielhomx jakkwistawh huma se jitfgħu għajnejhom fuq numru disgħa ieħor. F’dan ir-rigward issemmew ħafna; Alexander Isak, Karim Adeyemi, Lautaro Martinez u, l-aktar riċenti, Robert Lewandowski.

Il-kuntratt tal-iskorer prolifiku ta’ Bayern Munich jiskadi fis-sajf tal-2023 u n-negozjati għat-tiġdid għad iridu jibdew. Għalhekk jista’ jsir disponibbli fi tmiem dan l-istaġun.

U xi player hu; s’issa dan l-istaġun skorja 42 goal f’35 logħba għall-club Ġermaniż fil-kompetizzjonijiet kollha. Huwa kien ikun theddida serja tal-goals għat-team ta’ Barcelona mmexxi mill-eks player tagħhom, Xavi Hernandez.

Ekonomija

Sport