Sunday, November 24, 2024

“Jekk il-gwerra tieqaf illum għandhom tliet snin inaddfu l-isplussiv imxerred … Kullimkien riħa ta’ mewt”

Aqra wkoll

René Rossignaud – fotografu ta’ ċerta stoffa li żgur li m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni. Bħalissa jinsab l-Ukrajna fost gwerra jirrapporta permezz tar-ritratti u l-filmati. Din mhux l-ewwel esperjenza għalih fi gwerra hekk kif diġà mar f’diversi gwerer oħra fosthom dik tal-Libja fejn stqarr li diffiċli tikkumparahom għax gwerra tibqa’ dejjem gwerra.

Huwa stqarr magħna li ta’ kuljum ikollu jħallas €300 lin-nies tal-pajjiż biex jeħduh f’postijiet siguri waqt li l-elmu protettiv li jilbes f’rasu lanqas bosta Ukreni m’għandhom bħalu u fil-fatt sa ftit qabel saret din l-intervista safa fil-mira ta’ wħud li pprovaw jisirquhulu. 

Rimarkabbli huwa l-kliem li uża: “riħa ta’ mewt” biex jiddeksrivi x-xeni ta’ diversi  katavri mal-art fost xeni ta’ dwejjaq sinonimi mal-gwerra.

Mistoqsi jekk jaħsibx li din il-gwerra se tkun qee ittul għal diversi ġimgħat, xhur jew snin, huwa qal li fi gwerra qatt ma’ tista’ tipprevedi x’se jkun l-eżitu tagħha għax tista’ ddum ġimgħat jew saħansitra snin u għalhekk din tista’ tiġi meqjusa bħala t-Tielet Gwerra Dinjija.

Huwa afferma li biex jistrieħ, ġieli raqad barra jew fejn isib u ġieli anke f’lukandi iżda għamel diversi jiem mingħajr ma jorqod jew jinħasel. Dan għalkemm għad hemm servzzi ta’ xarabank u ferroviji u anke dak tal-internet.

Huwa mistenni jirritorna Malta nhar il-Ħadd li ġej fejn wiegħed lit-tfajla tiegħu li se jkun qed jasal pajjiżna qawwi u sħiħ.

Sport