Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-bodybuilding?
Meta bdejt essaġġ kont mort, l-ewwel biex innaqqas il-piż, imbagħad biex inżid fil-muscle. Maż-żmien, bdejt niskopri li kienet xi ħaġa li qed nieħu gost biha, u anke nnotajt differenza li għoġbitni u minn hemm xegħlet fjamma fija, li għadha ħajja s’issa.
X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek sa issa bħala atleta?
Ipparteċipajt darbtejn fin-nazzjonal, u darba internazzjonali, fejn ħabbatta ma’ atleti barranin. Bħal kull atleta tieħu gost li tirbaħ midalja jew trofew għax tiġi l-ewwel, jew mal-ewwel ftit. Imma, l-ikbar impatt kien fuq il-personalitá tiegħi, fejn tgħallimt inħobb aktar lilli nnifsi, u akkwistajt kunfidenza fija nnifsi. Ghalija il-fatt li rnexxili mhux al darba imma darbtejn li tlajt fuq palk nesponi dak lijien hdimt alih kien diga rebha magguri.
Kif tqis il-livell tal-bodybuilding f’pajjiżna fil-preżent?
Naħseb li għall-pajjiż żgħir li aħna għandna biex inkunu kburin, peró, narah jeħtieġ aktar għarfien biex wieħed jirrealizza li l-bodybuilding mhuwiex biss sterjotip li naraw fuq il-media soċjali, imma hu aktar minn hekk.
U dak tar-riżorsi fejn intom l-atleti titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?
F’Malta aħna esposti għall-kompetizzjonijiet, permezz tal-Assoċjazzjoni IFBB, li jgħinu lil kull atleta li jkun interessat f’dan l-istil ta’ sport. Peró, bħala riżorsi jista’ jkun li huma ftit limitati, għax kif għidt qabel, inħoss li hemm bżonn aktar għarfien.
Kif tqis il-mentalitá tal-isport f’pajjiżna fil-preżent?
Aktar ma jgħaddi żmien, qed nagħtuh aktar importanza l-isport, peró, mhux qed jiġi mbuttat biżżejjed. L-ewwel m’għandu jibda mill-iskola, fejn idaħħlu sport bħala xi ħaġa ta’ mqar tliet darbiet fil-ġimgħa fejn tinkorraġġixxi studenti jkunu iktar attivi! Li tkun attiv, jgħin iktar il-ħajja akkademika, jiġifieri jgħin biex tkun aktar iffukat f’dak li qed tagħmel.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-bodybuilding?
S’issa għadu m’għaddilix il-ħsieb li nerġa’ nikkompeti, għalkemm l-esperjenza hi sabiħa. Imma ma nistax ngħid li ħsiebi ma jistax jinbidel. Imma għalissa nippreferi nikkonċentra li nkabbar aktar muscle.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-bodybuilding.
Il-Bodybuilding, ismu miegħu, li tagħmel rikostruzzjoni tal-ġisem, permezz ta’ alimentazzjoni tajba u adekwata għalik, u permezz ta’ taħriġ addattat biex int dejjem tkun aħjar mill-bieraħ. Jekk int beħsiebek tieħu dan il-vjaġġ, nassigurak li ħa takkwista ħafna aktar, fosthom dixxiplina, il-kapaċitá li tkun reżiljenti u determinazzjoni li tasal fejn trid!

