Minħabba l-kollass finanzjarji li jinsabu fih, Barcelona ddeċiedew li jikru n-Nou Camp f’tentattiv iddisprat biex forsi jnaqqsu d-dejn kbir li għandhom.
Min irid jorganizza xi partita f’dan it-tempju tal-football, kull player irid iħallas €255 għal 60 minuta.
Skond il-media Spanjola dawn il-logħbiet jistgħu jibdew mill-ġimgħa d-dieħla.
Il-Katalani għandhom dejn massiv ta’ €1.3 biljuni u minkejja li għandhom lista ta’ players bil-possibbiltá li jiffirmaw uħud minnhom biex isaħħu l-iskwadra, minħabba r-regola tal-Financial Fair Play ġew impeduti milli jagħmlu dan.
Għaldaqstant jekk inti tappartjeni f’xi team … għandek iċ-ċans li tilgħab f’dan l-istadium majestuż!!