Saturday, December 21, 2024

“Jekk jitlaqqmu biżżejjed nies bil-booster f’temp relattivament qasir ma jkunx hemm bżonn ta’ miżuri estremi” – id-DPM

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa għal darb’oħra tkellem dwar l-importanza tat-teħid tal-booster u sostna li jekk jirnxxielhom ilaqqmu biżżejjed nies f’perjodu relattivament qasir, ma jkollniex għalfejn immorru għal miżuri estremi.

Huwa qal dan f’intervista li saritlu waqt programm fuq l-istazzjon nazzjonali fejn sostna li t-tilqim huwa l-arma li bih irridu niġġieldu l-virus.

Tkellem ukoll dwar x’qed juru l-ewwel indikazzjonijiet dwar kemm iddum l-immunità tiegħu fejn qal li dawn juru li l-booster iservi għal sena u b’hekk bħalma nagħmlu bl-influwenza, darba fis-sena nieħdu l-booster.

Id-Deputat Prim Ministru tkellem ukoll dwar l-iskejjel fejn sostna li l-pjan tagħhom huwa li dawn jerġgħu jiftħu wara l-vaganzi tal-Milied.

“Dejjem tajna prijorità l-ewwel nies lis-saħħa imbagħad l-edukazzjoni u konna minn kmieni ngħidu li l-iskejjel iridu jibqgħu miftuħin,” qal Fearne, filwaqt li nnota kif bħalissa fl-Ewropa  l-iskejjel u l-Universitajiet f’ħafna pajjiżi qed jerġgħu jagħlqu.

F’dan ir-rigward huwa qal: “Aħna nixtiequ nżommuhom miftuħin. Issa ovjament ġejjin il-vaganzi tal-Milied jiġifieri għandna dak il-breathing space tal-vaganzi però nixtiequ li wara dawn il-vaganzi nerġgħu niftħuhom u għalhekk fil-bidu tajna t-tilqima lit-teachers kollha u l-istaff kollha tal-iskejjel.”

Ekonomija

Sport