Friday, November 15, 2024

“Jekk kollox se jibqa’ hekk fil-PN ifisser li l-PN se jsir bħal Labour… partit populista”

Aqra wkoll

L-eks Membru Parlamentari Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li jekk kollox se jibqa’ hekk, ifisser li l-Partit Nazzjonalista se jsir bħall-Partit Laburista, dak li fi kliemu fisser bħala partit populista.

Huwa kiteb dan fl-aħħar sigħat fuq il-midja soċjali fejn kien qed jirreferi għall-kumment tal-Kap tal-PN Bernard Grech fuq il-programm XTRA meta dan ġie mistoqsi x’inhu l-approċċ tal-PN dwar numru ta’ valuri fosthom l-abort u l-ewtanasja.

“Fejn il-liġijiet bħal tal-abort eċċ se jkunu deċiżi jekk humiex ġusti jew le, skont kemm se jrebbħu voti u mhux skont kemm huma moralment ġusti jew le. Jekk kollox se jibqa’ hekk fil-PN, dan ifisser li l-PN ser jsir bħal labour, partit populista li ma jimpurtahx min dak li huwa ta’ ġid għan-nies iżda biss jimpurtah minn kemm jista’ jirbaħ voti. Dak li huwa moralment ħażin jibqa’ soċjalment ħażin.”

Ekonomija

Sport