Tuesday, October 22, 2024

Jekk Manchester City jirbħu t-Treble … idaħħlu £300 miljun

Aqra wkoll

Jekk Manchester City jirbħu t-Treble huma jdaħħlu xejn inqas minn £300 miljun. 

Is-Citizens jinsabu ferm viċin li jirbħu l-Premier League Ingliż li jkun il-ħames wieħed fi żmien sitt snin, bl-uniku wieħed li fallew jkun mirbuħ minn Liverpool fl-2019/20, bilpremju finanzjarju jkun dak ta’ £164 miljuni. 

Fix-xena domestika, fit-3 ta’ Ġunju li ġej, huma jridu jiffaċċjaw lir-rivali eterni Manchester United fil-finali tal-FA Cup, bir-rebbieħ jieħu kważi £4 miljuni. 

Barra minn hekk, it-team immexxi minn Pep Guardiola għandu ċans tajjeb li jikkwalifika għall-finali tal-UEFA Champions League. Jekk dan iseħħ u saħansitra jirbħu din il-kompetizzjoni, il-premju finanazjarju jkun dak ta’ £117.2 miljun … għal total ta’ £285 miljun.

Jekk isiru champions Ewropew, li tkun l-ewwel darba, huma jirbħu d-dritt li jilagħbu fit-tournament tat-Tazza tad-Dinja tal-Clubs li l-premju minimu huwa ta’ £20 miljun.

Sport