Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
Minn mindu kont żgħir dejjem niftakarni nilgħab bil-ballun, u fil-fatt mindu tarbija l-ewwel rigal tiegħi bħala ġugarell kien il-ballun, u minn dejjem niftakarni nilgħab il-futbol.
Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek sa issa ma’ Marsaxlokk FC.
Bħalissa ninsab fit-tieni staġun tiegħi ma’ Marsaxlokk FC u personalment ngħid li hija esperjenza mill-isbaħ. Imma l-isbaħ ħaġa hi l-ħidma fi grupp, għax nemmen li għandna tim tajjeb ħafna u flimkien nistgħu nilħqu l-għanijiet tagħna.
X’tikkummenta fuq l-andament tiegħek tat-tim f’dan l-istaġun sa issa?
Għadna ġejjin minn żewġ rebħiet sinjifikanti. Nahseb li dawn taw lit-tim tagħna iktar kunfidenza, u jekk negħlbu lil Floriana fil-partita li ġejja, nemmen li nistgħu nirbħu l-kampjonat. Huwa diffiċli li wieħed jilħaq il-quċċata tal-klassifika tal-aqwa skorers, iżda naturalment jien nixtieq li xi darba nkun l-aqwa skorer. Nemmen ukoll li dan it-tim jixraqlu li jkun ir-rebbieħ tal-kampjonat, u bla dubju aħna ser niġġieldu għal dan.
Kif tara l-livell tal-futbol Malti bħalissa u kif rajtu jinbidel matul is-snin?
Il-livell tal-futbol f’Malta qed jitjieb ma’ kull sena li tgħaddi, imma dan jiddependi wkoll mill-klabbs li qed iġibu ħafna plejers minn barra u li huma kapaċi jilagħbu l-lig kull sena.
Kif qed tara l-futur tiegħek fil-futbol Malti?
Bħalissa m’iniex qed nara lili nnifsi lura fil-futbol wara li nirtira. Imma għalissa xorta waħda qed nara lili nnifsi li nista’ nilgħab għal ħames snin oħra. U anke minħabba l-fatt li jiena nieħu ħsieb saħħti u l-ġisem fiżiku tiegħu biex dejjem aktar inkun b’saħħti u nilgħab logħob tajjeb.
Għaddi messaġġ finali lil dawk li jixtiequ jagħmlu karriera ta’ suċċess fil-fitbol.
Il-messaġġ li rrid inwassal lin-nies li jixtiequ jagħmlu karriera fil-futbol hu li t-talent waħdu mhux biżżejjed … trid tiddedika lilek innifsek 100%, u tistinka kuljum. Allura mbagħad iva hekk tkun tista’ tikseb suċċess f’din il-karriera!