Saturday, November 23, 2024

“Jekk se nħallu lit-turisti jiġu fis-Sajf, is-sagrifiċċji li għamilna mhu se jiswew xejn, tant li jintilfu l-ħajjiet” – MUMN

Aqra wkoll

“Ix-xogħol żejjed li t-turisti se jirrikjedu bħal eżempju swabbing, mhux se jiggarantixxi saħħa sigura għall-Maltin”

Fi stqarrija, l-Unjin Maltija tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) qalet li fl-aħħar sigħat u jiem kienet avviċinata minn numru ta’ membri u impjegati li jaħdmu fis-settur tas-saħħa dwar l-għajdut li qed ikunu kkunsidrati numru ta’ pajjiżi għal vjaġġar sigur. Fi kliem l-MUMN, “il-membri u l-ħaddiema fis-settur tas-saħħa jinsabu xxukjati fid-dawl ta’ dawn l-għajdut.”

Fl-istqarrija, l-MUMN għamlitha ċara li jekk se jitħallew jiġu ftit eluf ta’ turisti, bil-għan li ddur ir-rota ekonomika, “is-sagrifiċċji li għamilna fl-aħħar xhur se jkun saru kollha għalxejn.” Kompliet tgħid li jekk se jkunu qed jiġu t-turisti f’pajjiżna, dawn iridu jkunu ttestjati għall-COVID-19. Dan ix-xogħol żejjed mhux se jkun jista’ jiggarantixxi saħħa sigura għall-Maltin u l-Għawdxin .

L-MUNMN fakkret ukoll kif l-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) fl-aħħar jiem qalet li sfortunatament il-pajjiżi qegħdin jiftħu mhux abbażi l-istudji xjentifiċi iżda abbażi l-politika u l-ekonomija.

Sport