Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
Bdiet minn ta’ etá żgħira. Kelli ħuti kollha jilagħbu l-futbol u dejjem xtaqt nilgħab u b’hekk bdejt nilgħab il-futbol ma’ Zabbar St Patrick minn tal-etá ta’ erba’ snin.
U għaliex għażilt proprju r-rwol ta’ goalkeeper?
Fl-ewwel ġimghat tiegħi nilgħab il-futbol, bdejt bħala plejer iżda minħabba ċerti kundizzjonijiet mediċi, it-tobba kienu rrakkomandaw li diment li nixtieq nilgħab il- futbol, idealment inkun goalkeeper. Ftit wara infatti bdejt nilgħab bħala goalkeeper u minn hemm bdiet l-imħabba tiegħi lejn dak ir-rwol.
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Kalkara United FC.
Dan kien l-ewwel staġun tiegħi ma’ dan il-klabb wara li ħallejt il-klabb tant għal qalbi Zabbar St Patrick li għamilt 21 sena miegħu. L-esperjenza tiegħi mal- Kalkara kien wieħed pożittiv fejn kelli ċans li nilgħab u nuri l-kapaċitajiet tiegħi.
X’tikkummenta fuq il-fatt li ksibt xejn inqas minn 11-il clean sheet matul dan l-istaġun?
Inħossni sodisfatt ħafna bil-prestazzjonijiet tiegħi tul dan l-istagun iżda ma stajtx nagħmel dan mingħajr sħabi li mingħajr dubju kien hemm mumenti fejn huma stess salvawni.
X’tikkummenta fuq l-istaġun li għadda għal Kalkara United FC?
Kien staġun pożittiv fejn iġġilidna sal-aħħar għall-promozzjoni. Sfortunatament il- promozzjoni ma waslitx iżda t-tir tagħna kien li nidħlu fil-play-offs u hekk għamilna.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
It-tir tiegħi huwa dak li nkompli nitgħallem flr-rwol tiegħi biex inkompli navvanza fil-karriera tiegħi.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Jekk taħdem bilgħaqal u b’dedikazzjoni tista’ tasal fejn tixtieq!