Saturday, November 9, 2024

“Jekk tħares lejn l-istatistika tidher ċara kemm il-vaċċinazzjoni qed tgħin fl-imwiet ukoll”

Aqra wkoll

“Il-vaċċin huwa effettiv speċjalment għall-kumplikazzjonijiet u l-imwiet u fil-fatt madwar l-Ewropa naraw li l-iktar n-nies li jkollhom bżonn jidħlu l-isptar ikunu nies li mhumiex ivvaċċinati  xejn jew dawk li ma ħadux il-booster.”

Hekk qalet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha tħabbar aktar rilaxx tal-miżuri tal-Covid-19.

Prof. Gauci tkellmet ukoll dwar l-imwiet u qalet li tajjeb li wieħed jifhem x’inhuma dawn l-imwiet. “Aħna nikklassifikaw l-imwiet skont id-WHO bħala dawk l-imwiet li jkunu relatati mal-Covid u jekk tħares lejn l-istatistika tidher ċara wkoll kemm il-vaċċinazzjoni qed tgħin fl-imwiet ukoll. Fil-fatt jekk inħarsu lejn id-data minn Marzu 2020 sat-18 ta’ April ta’ din is-sena rajna li kelna 76% overall ta’ dawn l-imwiet li kienu relatati mal-Covid bħala dak li jissejjaħ ‘direct underlying cause’, jiġifieri l-Covid kien qed jikkaġuna l-imwiet. Jekk inħarsu ftit lejn dak li ġara dan l-aħħar, aħna qed naraw li f’April il-każijiet li kelna li mietu kelna 51.3% minnhom li l-Covid kien bħala l-kawża diretta. Jiġifieri hawnhekk qed naraw li l-varjant huwa differenti imma anke l-vaċċin li qed jagħmel impatt qawwi anke fuq dawk ir-raġunijiet ta’ għalfejn il-persuni jkunu mietu bil-Covid.”

Sport