Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-Hyrox?
L-imħabba tiegħi lejn il-Hyrox bdiet dawn l-aħħar sena u nofs. Il-kowċ tagħna Julian Briffa (‘The Club’) introduċa dan l-isport ġdid fit-time-table tat-taħriġ tagħna, u jien li nħobb ħafna l-ġiri u nagħmel ‘strength training’ ukoll, ħajjarni ħafna għax fih it-tnejn li huma.
X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek sa issa?
S’issa jiena u l-ħabiba tiegħi Tyrene ġejna r-raba’ fil-grupp ta’ etá tagħna ġewwa l-Polonja (Hyrox double woman) u ħa nkomplu naħdmu biex inkomplu ntejbu l- ħinjiet tagħna. Kelli x-xorti li nagħmel Hyrox Valencia fi Spanja mat-tifla tiegħi Shannon Ciantar ukoll li kienet waħda mill-isbaħ esperjenzi ta’ ħajti.
X’tikkummenta fuq il-kowċ, Julian Briffa?
Dan filwaqt li fi tlielaq oħra imma tal-ġiri ġejt kemm-il darba l-ewwel fil-grupp tal-etá tiegħi, u f’tiġrija partikolari ġewwa Għawdex ġejt l-ewwel mara wkoll. Kienet tellieqa żgħira imma għalija li naħdem full-time b’żewġt itfal inħossni sodisfatta ħafna.
Kif tqis il-livell tal-Hyrox f’pajjiżna fil-preżent?
Fuq Julian Briffa m’għandi xejn ħlief kliem ta’ tifhir biss. Huwa raġel umli ta’ qalb tajba u li jemmen f’dak li jkun. Grazzi Julian!
U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?
Kollox mill-aqwa għax il-kowċ jieħu ħsieb li fejn nitħarrġu jkollna kollox ta’ livell.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-Hyrox?
Il-futur tiegħi fil-Hyrox għadu biss il-bidu. Kif diġá għidt qabel nixtieq li jien u l- partner tieghi fil-Hyrox niġu xi darba l-ewwel fil-grupp ta’ etá tagħna, u nixtieq ukoll nippruvaha individwali biex nara jiena waħdi kemm jien kapaċi.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-Hyrox.
Bħala atleta jiena nagħti parir lil kull minn juri x-xewqa li jibda l-Hyrox biex ma jaqtax qalbu għax kulħadd kapaċi jagħmilha bil-ħin u t-temp tiegħu. Biss jekk tidħol għall-Hyrox, importanti ħafna li tieħu t-taħrġ bis-serjetá. B’hekk tasal żgur!