Saturday, December 21, 2024

Jekk tkun president ta’ Franza, Le Pen se tagħmel referendum dwar l-immigrazzjoni

Aqra wkoll

Marine Le Pen, li hija l-kap tal-partit lemini estrem fi Franza, qalet li jekk tkun eletta president fl-elezz­jonijiet li se jsiru s-sena li ġejja hija se tkun qiegħda ssejjaħ referendum fuq pro­posti li jillimitaw drastikament l-immigrazzjoni f’dan il-pajjiż.

Meta kienet qiegħda titkellem fuq l-istazzjon televiżiv France 2 Le Pen qalet li r-referendum ikun qiegħed jipproponi li jiddaħħlu kri­terji stretti ħafna biex persuni jidħlu fit-territorju Franċiż u jiksbu ċ-ċittadinanza, kif ukoll tingħata prijorità liċ-ċittadini Franċiżi fejn jidħol il-housing soċjali, xogħol u benefiċċji ta’ sigurtà soċjali. 

Ir-referenda huma permessi taħt il-kostituzzjoni Franċiża, iżda rarament jintużaw. L-aħħar darba li kien sar referendum f’dan il-pajjiż kien fl-2005 meta dakinhar il-poplu kien ivvota kontra li Franza tirratifika l-Kostituzzjoni Ewropea. 

Fl-elezzjonijiet tal-2017, Le Pen kien irnexxielha tagħ­milha għat-tieni round, iżda eventwalment sofriet telfa kbira kontra ċ-ċentrista Emmanuel Macron li kien kiseb iktar minn 66% tal-
voti. 

Ekonomija

Sport