Thursday, December 26, 2024

Jekk torqod fl-10.00 p.m. tista’ tnaqqas ir-riskju ta’ problemi relatati mal-qalb

Aqra wkoll

Riċerkaturi sabu li l-aħjar ħin biex torqod huwa bejn l-10.00 p.m. u l-11.00 p.m. Studju li sar fuq 88,000 voluntier wera li dawn il-ħinijiet huma l-ideali tant li mill-indikazzjonijiet li għandhom dan jista’ jgħin fit-tnaqqis tal-problemi marbuta mal-qalb. 

It-tim wara l-istudju li sar minn UK Biobank sab li jkun ideali li wieħed jissinkronizza l-irqad mal-arloġġ intern tal-ġisem u dan hekk kif skont ir-riċerka hemm indikazzjoni li dan inaqqas ir-riskju ta’ attakki tal-qalb, puplesiji u pressjoni għolja tad-demm.

Waqt dan l-istudju r-riċerkaturi pprovaw jikkontrollaw kemm jistgħu effetti oħrajn li jistgħu jikkawżaw problemi fil-qalb bħal piż u anke l-livell għoli tal-kolesterol. 

Fil-konklużjoni tagħhom huma qalu li filwaqt li ma jistgħux jgħidu mija fil-mija li l-irqad fil-ħin imsemmi jnaqqas ir-riskju ta’ attakk tal-qalb, hemm indikazzjonijiet li dan jista’ jkollu effett. Ir-riċerkaturi qalu li hemm bżonn ta’ iktar ta’ studju dwar dan. 

Ekonomija

Sport