Sunday, November 24, 2024

‘Jekk vera tħobb il-waterpolo jew kull tip ta’ sport trid tkun lest tagħmel ħafna sagrifiċċji’ – Alec Fenech

Aqra wkoll

Alec Fenech – fost l-aqwa plejers li pproduċa l-waterpolo lokali f’dawn l-aħħar snin. F’dan l-artiklu, se nkunu qed inisru nafuh aħjar mil-lenti tiegħu stess. 

“Fortunatament kont nattendi l-Iskola Nazzjonali tal-Isport u l-għalliema tagħna kienu jgħinuna u jifmuna. Biex kont inlaħħaq mat-tnejn, ġieli waqt il-brejk tal-iskola, indeffes ix-xogħol tad-dar. Wara it-taħriġ, minflok nilgħab xi logħba bil- playstation, kelli nagħmel ix-xogħol tad-dar sa tard bil-lejl imma dejjem laħħaqt. Dawn ukoll huma parti mis-sagrifiċċji li wieħed irrid jagħmel biex imur tajjeb fl-iskola kif ukoll fl-isport.

Fl-2021 man-neptunes kienet sena bl-unuri għax kont parti milli nirbħu l-Kampjonat tal-Under 17, Enemed Cup u l-Kampjonat tas-sajf tal-ewwel tim. Bl-għajnuna ta’ sħabi kont ġejt l-aqwa skorer tat-tim tiegħi Malta fil-Kampjonati Ewropej tal-under 17. Kienet sena li mmatturajt. Apprezzajt li l-kowċis urew fiduċja fiha u kont sodisfatt li xtaqu mingħandi, seħħ.

Fl-2022 kont ikkwalifikajt għall-Kampjonat Ewropej tal-under 19, ġejna fl-aħħar 10 pajjiżi filwaqt li ġejt l-aqwa skorer tat-tim tiegħi Malta. Irbaħt il-Kampjonat tal-Under 17 ma’ CN Marseille, kif ukoll ġejt l-aqwa skorer tal-kampjonat. Irbaht il-kampjonat tal-Under 20 f’Malta mal-klabb tiegħi, Neptunes WPSC. Matul l-istess sena, irbaħt ukoll l-unur tal-U17 Plejer tas-Sena.

Minkejja li kont naf għalxiex kont dieħel bħala taħriġ, xorta bqajt imbellaħ bl-ammont ta’ intensitá u serjetá li kelli niffaċċja. Kont nittrenja ħames sigħat kuljum, erba’ siegħat għawm u siegħa gym. It-taħriġ kien isir ma’ Jadran Carine taħt il-kowċ Petar Radanoviċ. Kien hemm xi ġranet li kelli nattendi t-taħriġ ma tal-Under 19s ukoll u lgħabt f’tournament magħhom.

Din l-esperjenza ġiet b’sorpriża bi ftehim ta’ Vlado Gojkovic u Milos Scepanovic u l-president tagħna, Matthew Bonello. L-esperjenza tiegħi involviet taħriġ mal-kbar u logħob fil-Kampjonat tal-Under 19. Kelli l-opportunitá li nittrenja ma’ plejers ta’ livell għoli fosthom Andrija Prlainovic u Michael Bodegas. Kelli seba’ mitt sena biex induq opportunita bħal din. F’dawn ix-xhur bqajt iffukat, saqajjha mal-art u kont dejjem lest biex nitgħallem iktar ideat fuq tattika u li nissaħħaħ.

Il-kowċes kollha għandhom ideat u taħriġ differenti. Li għandhom komuni huwa l-imħabba u passjoni għall-isport li tant inħobb u napprezza li kollha jagħtuni ideat u jemmnu fiha.

Jekk vera tħobb il-waterpolo jew kull tip ta’ sport trid tkun lest tagħmel ħafna sagrifiċċji. Taqbeż ġol-ilma fix-xitwa mhijiex faċli. Trid ukoll tkun dixxiplinat u tiekol tajjeb u tistrieħ biżżejjed. Dedikazzjoni ta’ plejer tista’ twaslu fejn jixtieq jasal u jieħu l-massimu mill-potenzjal tiegħu.

Nixtieq nirringrazzja lill-Malta Scholarships Scheme fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni għall-appoġġ kontinwu tagħhom matul dan il-programm ta’ taħriġ.”

Sport