Wednesday, July 23, 2025

‘Jekk verament tixtieq tibni karriera ta’ suċċess fil-futbol ibqa’ dejjem dedikat u dejjem ara fuqiex tista’ titjieb’ – Anderjay Grech

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Bdejt nilgħab il-futbol mill-etá ta’ erba’ snin biss u minn dakinhar sal-lum l-imħabba u d-dedikazzjoni tiegħi lejn il-futbol ma naqsu qatt!

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Kalkara United FC.

L-esperjenza tiegħi ma’ Kalkara United FC bħalissa hija waħda pożittiva ħafna għax għandna tim magħqud. Grat ħafna għall-kowċis u l-kumitat tal-fiduċja li juru fl-abbilitajiet tiegħi.

X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul l-istaġun li għadda?

L-istaġun li għadda kellna żminijiet tajbin u oħrajn ftit inqas, iżda nemmen li urejna karattru sod. Tgħallimna minn kull sfida u erġajna lura iktar b’saħħitna.

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Fil-futbol Malti fil-preżent hemm iżjed professjonalitá u avvanz kbir fil-‘youth nurseries’.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Nemmen li l-grawnds hemm ħafna fejn jitjiebu, kemm bħala pitches u anke bħala stands.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Il-viżjoni tiegħi għall-futur hija li kull staġun nibqa’ nikber kemm bħala plejer kif ukoll bħala persuna, biex inkompli niżviluppa l-ħiliet tiegħi fil-futbol.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Jekk verament tixtieq tibni karriera ta’ suċċess fil-futbol ibqa’ dejjem dedikat u dejjem ara fuqiex tista’ titjieb! U l-iktar ħaġa importanti, dejjem emmen fik innifsek anke meta ħaddieħor ma jemminx fik!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport