Tuesday, February 24, 2026

‘Jekk xi ħadd irid jiġi inkluż u jħobb l-isport għandu jingħaqad ma’ kwalunkwe klabb sportiv biex jikber aktar b’saħħtu’ – Jake Gatt

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?

Bdiet meta ngħaqadt għall-ewwel darba ma’ Special Olympics Malta meta kelli 11-il sena lura fl-2013 u kollox beda meta ksibt riżultati pożittivi.

Ħa mmur mal ewwel għall-punt. X’tikkummenta fuq is-suċċess li ksibt matul l-aħħar edizzjoni tal-Maratona ta’ Malta?

Is-suċċess tiegħi fil-Maratona huwa li mort tajjeb ħafna u dan kollu grazzi għall-kowċ tiegħi fuq distanzi twal Fabio Spiteri li mexxieni tul in-Nofs Maratona u għalhekk irnexxieli nagħmel dan matul il-maratona tiegħi.

X’suċċessi maġġuri oħra rnexxielek tikseb sa issa f’dan l-isport li tant tħobb?

Ikkompetejt f’ħafna kompetizzjonijiet bħall-Logħob Dinji ta’ Special Olympics f’Berlin, ir-road races tal-5k u anke l-ewwel tellieqa ta’ 10k tiegħi f’Attard f’Jannar li għadda u l-imħabba tiegħi għall-isport hija li nitjieb u ntejjeb lili nnifsi u li ngawdi l-isport ukoll.

Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek ma’ Special Olympics Malta.

L-esperjenza tiegħi ma’ Special Olympics Malta hija dwar l-inklużjoni f’avvenimenti u anke laqgħat ukoll, u l-kowċ tiegħi Amanda dejjem tgħinni nitjieb fl-Atletika.

Il-livell attwali ta’ valutazzjoni tiegħi huwa li nagħmel lil Malta kburija billi naħdem ħafna.

Ir-riżorsi tiegħi huma li naħdem ħafna u aktar taħriġ u ħinijiet ukoll biex nibqa’ ffukat.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-atletika?

Li nipparteċipa f’aktar kompetizzjonijiet u f’road races ukoll biex nikber aktar b’saħħti u nitjieb, u l-aktar għan importanti tiegħi huwa li nagħmel lil Malta kburija, inkluż il-familja tiegħi, il-kowċis u anke l-ħbieb tiegħi.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-atletika.

Jekk xi ħadd irid jiġi inkluż u jħobb l-isport għandu jingħaqad ma’ kwalunkwe klabb sportiv biex jikber aktar b’saħħtu u jitjieb!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport