Ikompli l-eku tal-bewsa bejn il-president tal-federazzjoni Spanjola tal-Futbol Luis Rubiales u l-plejer Jenni Hermoso wara l-premjazzjoni tat-tazza tad-dinja mirbuħa minn Spanja.
Hermoso ddeċidiet li tkompli l-każ wara li dehret li ma kinitx kuntenta b’din il-bewsa mhux mistennija hekk kif irreferiet il-każ lill-union tal-plejers femminili FutPro. Dawn tal-aħħar se jkunu qed jieħdu l-passi neċessarji sabiex skont huma jiddefendu d-drittijiet tal-klijenta tagħha.