Sunday, December 22, 2024

Jennifer Lopez tapplika għad-divorzju wara sentejn miż-żwieġ ma’ Ben Affleck

Aqra wkoll

L-istilel ta’ Hollywood Jennifer Lopez u Ben Affleck se jkunu qed jiddivorzjaw wara sentejn żwieġ.

Lopez ressqet talba għad-divorzju t-Tlieta li għadda fil-Qorti Superjuri ta’ Los Angeles County. Il-koppja kienu żżewġu f’Las Vegas f’Lulju tal-2022 u organizzaw ċerimonja akbar taż-żwieġ fil-Ġorġja x-xahar ta’ wara.

Sadanittant, ġe rrapportat kif Lopez jew l-avukat tagħha għandhom jinnotifikaw lil Affleck b’kopja tat-talba tagħha biex iż-żwieġ ta’ bejniethom ikun xolt.

Dokument ippreżentat fil-Qorti Superjuri ta’ Los Angeles juri li Lopez u Affleck għandhom jaqsmu kwalunkwe informazzjoni finanzjarja, inkluż id-dħul, l-ispejjeż, il-proprjetajiet u d-djun kurrenti.

L-istess dokument jgħid li t-tnejn li huma obbligati li jiżvelaw kwalunkwe tibdil finanzjarju sakemm ikun hemm “ftehim finali dwar il-kwistjonijiet finanzjarji fil-każ tagħha.”

Ekonomija

Sport