Jennifer Lopez u Ben Affleck iżżewġu f’kapella f’Las Vegas il-Ħadd li għadda. Fi stqarrija lis-segwaċi tagħhom huma kkonfermaw is-sbuħija tal-imħabba.
Jennifer Lopez kitbet ukoll dwar imħabba li kapaċi tistenna hekk kif ir-relazzjoni ta’ bejniethom bdiet madwar żewġ deċenji qabel.
Infatti r-relazzjoni bejn it-tnejn bdiet f’Lulju tal-2002 u ħabbru l-għerusija tagħhom aktar tard f’Novembru tal-istess sena. Huma kellhom jiżżewġu f’Settembru tas-sena ta’ wara iżda dan sfaxxa minħabba dak li huma ddeskrivew bħala ndħil żejjed mill-midja.
Affleck kien miżżewweġ lill-attriċi Jennifer Garner iżda huma kienu ddivorzjaw fl-2018 wara 13-il sena fiż-żwieġ. Min-naħa l-oħra, għal Jennifer Lopez din hija r-raba’ darba li qiegħda tittanta xortiha fiż-żwieġ. L-aħħar raġel tagħha kien il-kantant Marc Anthony li miegħu damet fiż-żwieġ bejn l-2004 u l-2014.