Monday, April 29, 2024

Jeremie Camilleri jammetti li qatel lil Pelin Kaya

Aqra wkoll

Hekk kif dalgħodu kompla jinstema fil-Qorti, il-każ ta’ Jeremie Camilleri li jinsab mixli bil-qtil ta’ Pelin Kaya, it-tfajla li nqatlet b’daqqa ta’ karozza ammetta fil-Qorti li qatel lit-tfajla ta’ 30 sena.

Pelin mietet traġikament f’inċident tat-traffiku fil-Ġżira, meta Camilleri kien qed isuq taħt l-influwenza tad-droga. Fil-Qorti, huwa kien qiegħed jiġi mixli b’iktar minn 14-il akkuża dik ewlenija tkun il-qtil volontarju ta’ Pelin.

Huwa ammetta quddiem il-Maġistrat tal-għassa wara li ntlaħaq ftehim bejn id-difiża, il-prosekuzzjoni u l-familja tal-vittma rrappreżentata mill-Avukat Charlon Gouder.

Il-verdett mistenni jingħata fis-sigħat li ġejjin u mistenni jirrifletti l-ftehim milħuq bejn il-partijiet kollha.

Kaya kienet ilha tgħix Malta għal bosta xhur u kienet taħdem bħala interior designer ma’ kumpanija lokali tal-għamara.

Sport