Id-diriġenti ta’ Manchester United qed jaħsbu diġa’ għall-istaġun li ġej sbiex jippruvaw jibnu skwadra b’saħħitha u eventwalment jkollhom tim kompetittiv li jista’ jisfida għall-unuri finali.
Hekk kif jidher li l-parteċipazzjoni fil-UEFA Champions League tal-istaġun li ġej tidher possibbli, id-diriġenti tar-Red Devils qed jevalwaw il-progress tal-winger Olandiż Jeremie Frimpong. Dan tal-aħħar qed jilgħab ma’ Bayer Leverkusen u spikka ferm matul dan l-istaġun. Il-club Ġermaniż qed jistma li l-plejer jiswa madwar €50 miljun, somma li t-tim Ingliż lesti li jħallsu.