Sunday, October 27, 2024

Jerfa’ Dnubietna – Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Fgura

Aqra wkoll

Matul dan il-perjodu jsiru diversi wirjiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa li jattiraw bosta persuni lejhom filwaqt li jwasslu l-messaġġ riflessiv tal-Passjoni ta’ Ġesù.

Żorna waħda minn dawn il-wirjiet li qed tittella’ bħalissa ġewwa s-Sala San Ġorġ Preca fil-Fgura (Knisja l-Qadima, Triq il-Karmelitani). Il-Wirja, bl-isem ta’ Jerfa’ Dnubietna hija mtella’ mill-Kummissjoni Festa Esterna, Fgura flimkien mal-esebituri Ryan u Raymond Bezzina.

Din il-wirja hija mqassma fuq erba’ taqsimiet fejn wieħed kif jidħol issib sepulkru antik flimkien mal-platti tal-ismit.

Tajjeb li nsemmu wkoll sezzjoni oħra li hija dik tal-istatwi ‘life size’ fejn din is-sena ġiet imżanżna l-istatwa tal-anġlu fl-Ort. Dawn qed jinħadmu mill-artist bravu James Azzopardi.

Din il-wirja tinkudi sezzjoni oħra fejn fiha wieħed isib l-istatwi f’minjatura maħduma minn Johhny Massa u fejn din is-sena beda jinħadem mudell ta’ knisja li jikkumplimenta għal magħhom.

L-aħħar parti hija dik fejn jagħtu spazju għall-artisti Maltin biex jesebixxu xogħolhom relatat mal-Ġimgħa Mqaddsa u fejn din is-sena ġie mistieden Antonio Mifsud.

Kull min huwa interessat li jżur din il-wirja eċċezzjonali, jista’ jagħmel dan l-Erbgħa 13 ta’ April mis-6.00p.m. sad-9.30p.m.; il-Ħamis 14 ta’ April mill-10.30a.m. sa 12.00p.m. u mis-6.00p.m. sa 00.30a.m.; jew il-Ġimgħa 15 ta’ April mit-8.30a.m. sa 12.30p.m.

Ritratti: Roger Azzopardi

Sport