Saturday, November 23, 2024

Jerġgħu jiżvolġu l-quddies tal-funerali fost l-ilbies ta’ maskri protettivi u social distancing

Aqra wkoll

Mil-lum reġgħu bdew jinżammu l-quddies tal-funerali, bil-Knisja tippubblika numru ta’ direttivi li għandhom jiġu osservati bil-għan li jkun minimizzat ir-riskju ta’ tixrid tal-virus tal-Covid-19.

Evidenti fost il-funerali żvolġew illum kienu l-element ta’ social distancing, b’numru ristrett ta’ persuni li jattendu għall-funeral, il-maskra li għandha tintlibes f’kull mument minn min jattendi għall-quddies, u l-iżvolġiment tal-quddies fil-miftuħ.

Intant il-Knisja qalet li d-direttivi tagħha se jkunu qed iħarsu s-saħħa tal-persuni li jattendu għall-quddiesa filwaqt li fl-istess waqt jippermettu li tingħata tislima xierqa mill-qraba tal-mejjet.

Id-direttivi se jkunu qed jesiġu l-Quddiesa tal-funeral ssir fil-miftuħ bħal f’ċimiterji jew fuq iz-zuntier tal-knisja, jew fi knejjes kbar biss b’numru limitat ta’ nies. Il-knejjes fejn jista’ jsir funeral huma dawk akbar minn 500 metru kwadru filwaqt li n-numru ta’ persuni li jistgħu jidħlu fil-knisja huwa ta’ 20 persuna. Il-Knisja qalet li fiċ-ċirkostanzi attwali għandha tingħata preferenza liċ-ċelebrazzjonijiet fil-miftuħ.

Il-Knsisja qalet li l-post fejn issir il-Quddiesa tal-funeral jrid jitħejja b’sinjali apposta li jindikaw l-ispazji ‘l bogħod minn xulxin fejn in-nies jistgħu joqogħdu waqt iċ-ċelebrazzjoni liturġika. Mal-wasla, persuna liebsa maskra jew visor trid tieħu t-temperatura ta’ dawk li jattendu bl-użu ta’ termometri li ma jeħtiġux kuntatt mal-persuna, u wara tindikalhom l-użu tal-hand sanitizer li se jkun disponibbli. Persuni bid-deni jew li ma jikkoperawx mhux ser jitħallew jidħlu għall-Quddiesa.

Id-direttivi jesiġu li waqt il-Quddiesa fl-ebda ħin m’għandu jkun hemm kuntatt fiżiku ma’ persuni oħra, lanqas fl-għoti tal-paċi. Għat-Tqarbin, il-persuni jintalbu jibqgħu f’posthom u jkun is-saċerdot li jmur iqarben fl-idejn lil dawk preżenti b’maskra jew visoru wara li jkun ħasel idejh bis-sanitizer. Dan filwaqt li l-istqarrija ta’ fidi fejn is-saċerdot jgħid “Il-Ġisem ta’ Kristu” u l-persuna li qed titqarben twieġeb “Ammen” tingħad darba biss minn fuq l-artal.

Fi tmiem il-Quddiesa, dawk preżenti għall-funeral iridu joħorġu b’mod ordnat u b’ħarsien tal-miżuri ta’ distanza soċjali. Wara l-Quddiesa ssir id-diżinfestazzjoni tal-bankijiet jew tas-siġġijiet.

Sport