Kif tħabbar il-bieraħ l-eks attakkant tal-Ingilterra, West Ham United, Tottenham Hotspur, Rangers u Sunderland, Jermain Defoe, irtira mill-football professjonali fl-età ta’ 39 sena.
Defoe, li reġa’ ngħaqad mal-Black Cats fi Frar, skorja 304 goal f’762 logħba fil-karriera u żied 20 gowl f’57 dehra fl-Ingilterra.
Huwa qatta’ żmien ukoll f’Portsmouth, Bournemouth u l-club tal-Major League Soccer, Toronto, matul il-karriera tiegħu ta’ 22 sena.
Defoe skorja 162 goal fil-Premier League, u b’hekk huwa d-disa’ l-aqwa skorer fil-kampjonat mill-formazzjoni tiegħu fl-1992-93.
Huwa jinsab ukoll fil-15-il post fil-lista tad-dehriet, wara li lagħab 496 logħba fl-ogħla diviżjoni tal-Ingilterra.
Defoe sar qrib il-partitarju ta’ Sunderland, Bradley Lowery, hekk kif dan kien qed jiġġieled il-marda tan-newroblastoma.
Ix-xogħol tiegħu permezz tal-Fondazzjoni Jermain Defoe ġablu wkoll l-OBE fl-2018 għal servizzi għall-karità.
“Il-football dejjem jibqa’ f’demmi u jagħtini kburija u sodisfazzjon kbir li nħares lura lejn il-karriera mbierka li kelli,” żied Defoe.
IL-KALENDARJU TAL-KARRIERA TA’ DEFOE
*Iffirmat minn West Ham mingħand Charlton bħala żagħżugħ ta’ 16-il sena fl-1999 għal ħlas ta’ kumpens ta’ £1 miljun aktar.
*Mar b’self ma’ Bournemouth fit-Tieni Diviżjoni fl-2000-01 u skorja f’10 logħbiet konsekuttivi tal-Football League biex waqqaf rekord tal-kampjonat.
*Stabbilixxa ruħu fit-team ta’ West Ham taħt Harry Redknapp, u kompla skorja 40 goal f’104 logħbiet qabel ingħaqad ma’ Tottenham għal £7 miljun fl-2004.
*Iddebutta mal-Ingilterra kontra l-Isvezja f’Marzu 2004, bħala sostitut għal Darius Vassell.
*Sar favorit tal-folla f’White Hart Lane fl-ewwel perjodu tiegħu, meta skorja 64 goal f’177 partita.
*Irritorna lejn il-kosta tan-nofsinhar ma’ Portsmouth fl-2008, iżda tilef il-finali tal-FA Cup għax kien lagħab ma’ team ieħor, iżda skorja fl-ewwel dehra Ewropea ta’ Pompey.
*Reġa’ ingħaqad ma’ Spurs sena wara l-ħruġ tiegħu, u għenhom jaslu għal finali tal-League Cup qabel ma tilifha minħabba injury.
*Rekord tal-goals f’logħba tal-Premier League b’ħamsa kontra Wigan, u sar is-sitt l-ogħla skorer ta’ kull żmien ta’ Spurs u l-iktar skorer prolifiku tal-club fl-Ewropa.
*Skorja kontra s-Slovenja fit-Tazza tad-Dinja tal-2010, u kiseb hat-trick għall-Ingilterra kontra l-Bulgarija aktar tard fl-istess sena.
*Ingħaqad mat-team tal-MLS, Toronto, fl-2014, iżda rritorna fil-Premier League ma’ Sunderland, fejn skorja l-goal tar-rebħa fid-derby ta’ Tyne-Wear kontra Newcastle u għen lill-Black Cats jevitaw ir-relegazzjoni darbtejn.
*Irritorna Bournemouth għat-tieni perjodu wara r-relegazzjoni ta’ Sunderland mill-ogħla livell fl-2017, imbagħad mar fil-Premiership Skoċċiż ma’ Rangers fl-2019 bi ftehim b’self, u rebaħ l-ewwel kampjonat tiegħu mal-Gers fl-2020-21.