Saturday, April 12, 2025

Jesmond Caruana elett viċi-president tal-EWF

Aqra wkoll

Jesmond Caruana, president tal-Malta Weightlifting Association, ġie elett viċi-president tal-Federazzjoni Ewropea tal-Weightlifting (EWF) bl-ogħla numru ta’ voti. Astrit Hasan ġie elett bħala l-President il-ġdid tal-EWF, filwaqt li Milan Mihajlovic żamm il-pożizzjoni tiegħu bħala Segretarju Ġenerali.

Il-membru tal-MWA Dr Gayle Caruana ġiet eletta wkoll bħala membru tal-Kumitat Mediku tal-EWF.

Qabel l-elezzjoni, Jesmond Caruana ġie onorat bl-EWF Golden Star Award bħala rikonoxximent għall-kontributi sinifikanti tiegħu għall-iżvilupp tal-weightlifting f’Malta, kif ukoll is-servizz eċċellenti tiegħu għall-weightlifting reġjonali u Ewropew.

L-elezzjonijiet saru f’Chisinau, il-Moldova, flimkien mal-Kampjonati Ewropej tas-Seniors.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport