Friday, February 13, 2026

Jesmond Zammit … simbolu ta’ dedikazzjoni, passjoni u suċċess fil-futbol

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Jesmond Zammit, twieled fl-11 ta’ Frar 1965 f’Ħaż-Żebbuġ, u huwa wieħed mill-personalitajiet magħrufa fil-futbol Malti u Għawdxi, kemm bħala plejer kif ukoll bħala kowċ u team manager.

Il-passjoni tiegħu għal-logħba sabiħa tal-futbol bdiet fil-Kulleġġ San Alwiġi, fejn bħala student kien jipparteċipa f’diversi kompetizzjonijiet u beda jifforma parti mill-ħajja tal-futbol lokal. Minn hemm, beda jħoss il-ħeġġa vera għal-logħba li saret parti integrali mill-ħajja tiegħu.

L-ewwel passi tiegħu fil-livell ta’ futbol mal-kbar kienu ma’ Zebbug Rangers meta kien għadu fl-eta’ żagħżugħa. Minn dakinhar, il-karriera tiegħu saret waħda ta’ 23 sena mimlija sodisfazzjon u sfidi, inkluż perjodi ma’ Dingli Swallows u Mqabba qabel ma rtira u beda l-karriera fil-kowċing.

Jesmond jemmen li l-futbol tal-passat kien imħares ħafna mill-passjoni u l-għaqda tan-nies: “Il-futbol kien parti integrali minn ħajja ta’ kuljum. L-Istadium tal-Gżira kien jiġbed numru kbir ta’ spettaturi, u bħala tifel kont noqgħod nara l-logħob u nħoss l-atmosfera eċċitanti li kien hemm.”

Jesmond jirrifletti fuq id-differenza bejn il-futbol tal-passat u tal-lum: “Illum ħafna mil-logħba hija dwar individwalità u tattika. Kowċis huma ferm aktar ippreparati u ħafna drabi l-pjanijiet tagħhom jagħtu lok għal tattika miżjuda aktar milli għal logħba miftuħa. Iżda l-passat kien aktar dwar qalb u emozzjoni.”

Huwa jemmen li ma tistax tkun plejer u kowċ fl-istess ħin b’mod effettiv, speċjalment fid-diviżjonijiet superjuri: “Klabb jeħtieġ kowċ preżenti fuq il-bank biex jagħti indikazzjonijiet kif suppost, aktar milli plejer-kowċ li jipprova jagħmel iż-żewġ affarijiet flimkien.”

Jesmond għandu esperjenza estensiva bħala team manager u kowċ. Ma’ Valletta FC, huwa kien parti mis-suċċess li ġie rreġistrat bil-kampjonat u s-Super Cup, għalkemm tilfu l-finali tal-FA Trophy kontra Floriana. Filwaqt li ma’ Dingli Swallows mexxa lit-tim għal żewġ promozzjonijiet konsekuttivi, mill-ewwel diviżjoni sal-Premier League.

Huwa kellu wkoll perjodu ma’ Hamrun Spartans, tim b’partitarji numerużi u entużjasti, fejn l-esperjenza kienet utli biex jikseb aktar għarfien dwar il-livelli differenti tat-timijiet fil-kampjonat. Fl-aħħar, Zebbug Rangers tawh l-opportunità biex jgħin it-tim jasal sal-ogħla diviżjoni f’pajjiżna, biż-żewġ promozzjonijiet konsekuttivi li rnexxielhom ikunu realtà fi żmien sentejn.

Jesmond irrakkonta waħda mill-iktar esperjenzi sodisfaċenti tiegħu ma’ Xewkija Tigers f’Għawdex, it-tim preżenti li qed jikkowċja. Wara perjodu ta’ tħassib dwar kemm kien jista’ jikkumplimenta xogħlu u r-responsabbiltajiet tiegħu, iddeċieda li jirritorna għall-kowċing wara sentejn wieqaf.

“Ħassejt li ridt nerġa’ ngħin xi tim u Xewkija Tigers ħaduni bil-qalb,” jgħid Jesmond. “Ma kinitx deċiżjoni faċli minħabba li ridt nitla’ Għawdex darbtejn fil-ġimgħa, qed nitkellmu ftit żmien qabel il-COVID, iżda kont verament kuntent hemmhekk u għalhekk ma qgħadtx nara l-iżvantaġġi imma aktar il-vantaġġi.

L-għaqda bejn il-plejers, il-kumitat u l-qalb li taw għen lil Jesmond biex irnexxielu jġib suċċess sħiħ. Fil-fatt, f’dak l-istaġun ta’ qabel il-pandemija rnexxielhom jirbħu tliet tazzi: il-Kampjonat, is-Super Cup u l-Knock Out. “Is-sigriet ewlieni tas-suċċess kien l-għaqda bejn il-plejers u l-kumitat, u l-passjoni kbira tal-plejers Għawdxin żgħażagħ u ħafna fatturi oħra,” jgħid Jesmond.

L-esperjenzi ma’ Xewkija Tigers juru wkoll kif kowċ għandu rwol determinanti fit-taħriġ u l-motivazzjoni tat-tim. Jesmond żied jgħid: “Kull punt li titlef fil-kampjonat jista’ jkun miċidjali, għalhekk ħadd ma jista’ jieħu kollox għal assigurat. Aħna qed nieħu kollox logħba logħba, b’qalb u determinazzjoni.”

Fuq l-istaġun preżenti, Jesmond Zammit jgħid li hu kampjonat tal-ewwel diviżjoni miftuħ ferm meta tqis li hemm l-ewwel erba’ timijiet li huma flimkien bi ftit punti differenza. Hu semma’ lil Kerċem Ajax li qed jilagħbu tajjeb ħafna u anke Qala Saints u Għajnsielem li kapaċi jagħtu logħba lil kulħadd. Minkejja kollox, kull logħba tista’ tfisser finali f’dan l-istadju tal-kampjonat.

S’issa Xewkija Tigers lagħbu 11-il partita fejn rebħu tmien logħbiet, ġew draw f’okkażjoni waħda filwaqt li tilfu biss żewġ logħbiet.

Barra r-riżultati impressjonanti, dak li jispikka f’Jesmond ma’ Xewkija Tigers huwa l-ħila tiegħu li jħoss il-plejers u jgħinhom jikbru kemm bħala individwi kif ukoll bħala tim. Il-preżenza tiegħu tat il-motivazzjoni meħtieġa, u l-għanijiet li ħoloq mal-iskwadra kienu dejjem ċari: mhux biss jirbħu, imma jagħmlu dan bil-passjoni u rispett lejn kull membru tat-tim. L-interazzjoni tiegħu maż-żgħażagħ Għawdxin turi kemm Jesmond jemmen fil-potenzjal tagħhom u kif japprezza l-impenn tagħhom.

Jesmond Zammit huwa simbolu ta’ dedikazzjoni, passjoni u suċċess fil-futbol. Minn tifel li lagħab fil-kulleġġ għal plejer li għamel karriera ta’ 23 sena, għal kowċ u team manager li rnexxielu jwassal diversi timijiet għal suċċess, Jesmond wera kemm il-ħila, l-għaqda u l-qalb huma essenzjali biex titla’ fuq.

L-esperjenza tiegħu ma’ Xewkija Tigers fl-istaġun reċenti hija prova ċara ta’ dan: b’għaqda, passjoni u pjanar tajjeb, tim jista’ jirnexxi u jagħmel differenza fil-logħba, anke fil-livell tal-futbol Għawdxi.

“Kull punt li titlef fil-kampjonat jista’ jkun miċidjali,” jgħid Jesmond, “u għalhekk ħadd ma jiflaħ jieħu kollox għal assigurat. Nerġgħu nemmnu f’xulxin u nieħdu kull logħba logħba, b’qalb u determinazzjoni.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport